Jinħeles mill-akkuża ta’ frodi minħabba nuqqas ta’ provi

Raġel ta’ 44 sena minn Birkirkara li kien qed jippoża bħala konsulent mediku u ordna terapija lill-pazjenti f’Mater Dei, inħeles mill-akkuża ta’ frodi u miżappropjazzjoni ta’ fondi minħabba nuqqas ta’ evidenza.
Inħeles fost l-oħrajn mill-akkuża li ffroda lill-Gvern b’€100 meta kellu tliet vaċċini.
Fil-Qorti ntqal li r-raġel kien qed ibiegħ servizzi offruti mill-ekskumpanija fejn kien qed jaħdem f’Mater Dei mingħajr il-kunsens tas-sid tal-kumpanija.
Dwar dan il-każ, il-Ministeru għas-Saħħa kien ordna inkjestà.