Jinħeles mill-akkuża li pprovda l-eroina li raġel ieħor li spiċċa b’overdose

Raġel inħeles mill-akkuża li ta l-eroina lil raġel ieħor u li dan wassal għal overdose tad-droga.
Il-każ seħħ fit-3 ta’ Ottubru tal-2002 meta r-raġel instab mitluf minn sensieh fi Triq il-Qaliet f’Wied il-Għajn.
Jirriżulta li meta dan ħareġ mill-isptar għaraf lill-akkużat. Fil-Qorti qal li l-akkużat mar għandu bl-eroina u tah is-siringi.
L-akkużat iżda ċaħad li dakinhar iltaqa’ miegħu jew li tah id-droga.
Il-Qorti ddeċidiet li x-xhieda tar-raġel kienet differenti mill-istqarrija li kien għamel mal-Pulizija.
Id-deċiżjoni tal-Qorti waslet wara li l-kampjuni tad-demm ma kienux provi ċari biżżejjed.