Jinħeles mill-akkuża li kellu l-eroina

Raġel ta’ 42 sena nħeles mill-akkuża li kellu d-droga.
Il-Qorti waslet għal din id-deċiżjoni minħabba li ma tressqet l-ebda evidenza li turi li t-trab kannella li kellu kienet eroina.
L-akkużat kien instab mal-art f’Settembru tal-2009 u kien qed iġorr pakkett sigaretti li fih kien hemm borża bi trab kannella.
Huwa ttieħed fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż-Żabbar u wara l-isptar Mater Dei. Fil-Qorti ntqal li fil-passat, ir-raġel kien diġà abbuża mid-droga.