Jinħeles Keith Schembri

Aġġornat 10:33 PM

Read in English.

Inħeles l-eks Chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, li ssemma minn Yorgen Fenech, bħala wieħed mill-persuni li kkummissjonaw u ppjanaw l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li Schembri, negozjant f’diversi setturi, issemma bħala wieħed mill-imħuħ wara dan l-assassinju.

Aktar tard il-Pulizija ħarġet stqarrija fejn qalet li Schembri ġie rilaxxat mill-arrest wara investigazzjonijiet intensivi li saru fl-aħħar jiem, dwar allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħu b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-Pulizija qalet ukoll li f’dan l-istadju l-Pulizija ma tħossx il-ħtieġa li Schembri jinżamm aktar taħt arrest.