Jinħeles iż-żagħżugħ xurban li ħebb għal persuna

Żagħżugħ tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex talli weġġa’ lil xi ħadd b’mod gravi meta kien xurban.

Is-Somalu ta’ 22 sena li joqgħod fiż-Żebbuġ, Għawdex, tressaq taħt l-akkużi li meta kien f’sakra li ma setax jieħu ħsieb tiegħu nnifsu, weġġa’ lil ħaddieħor, u tellef il-paċi pubblika b’għajat, kif ukoll li kien riċediv b’aktar minn sentenza waħda li ngħatatlu mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex.

Dan ġara fl-10 ta’ Diċembru fi stabbiliment fi Triq il-Port f’Marsalforn.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata libertà proviżorja.