Jinħeles iż-żagħżugħ li ta daqqiet b’sikkina f’Bormla

Żagħżugħ ta’ 16-il sena mill-Bormla ngħata l-libertà proviżorja wara li ġie akkużat li ta daqqiet ta’ sikkina lil żewġt irġiel.

L-akkużat tressaq il-Qorti llum akkużat li kkawża ġrieħi gravi fuq iż-żewġ persuni. Ġie akkużat ukoll li kellu sikkina mingħajr liċenzja u li hedded lill-irġiel, fost akkużi oħra. L-akkużat wieġeb mhux ħati.

Diversi persuni weġġgħu waqt l-argument bejn seba’ persuni f’Bormla lbieraħ.

Raġel ta’ 37 sena u żagħżugħ ta’ 17-il sena ttieħdu l-isptar Mater Dei bi ġrieħi ħfief. Żewġ persuni oħra ttieħdu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana. Persuna minnhom, żagħżugħ ta’ 16-il sena, kellu ġrieħi serji.

Il-Qorti tat il-libertà proviżorja lill-akkużat fuq garanzija personali ta’ €7000.