Jinħeles iż-żagħżugħ li ħebb għal ieħor waqt logħba futbol f’Għawdex

Anthony Cassar

Read in English.

Żagħżugħ ġie lliberat illum wara li lbieraħ ħebb għal żagħżugħ ieħor waqt logħba futbol f’Għawdex.

L-Għawdxi ta’ 26 sena, residenti ż-Żebbuġ, tressaq quddiem il-Maġistrat Simone Grech akkużat li f’logħba futbol fil-grawnd tal-Kerċem, qal kliem ta’ theddid u weġġa’ lill-vittma tant li dan kellu jiddaħħal l-isptar. Huwa kien qed isofri minn ġrieħi ħfief.

L-akkużat wieġeb ħati u ġie lliberat fuq numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom multa ta’ €100 u bil-garanzija li ma jersaqx lejn grawnd tal-futbol għal sena.