Jinħeles ir-rapper Tork

Read in English.

Sercan Ipekcioglu ta’ 27 sena, magħruf aħjar bħala Ezhel, inħeles mill-akkużi miġjuba kontrih.

Ezhel ġie arrestat fit-23 ta’ Mejju wara li l-Qorti aċċettat l-akkuża tal-prosekutur, li Ezhel permezz tal-lirika u l-kitbiet fuq il-midja soċjali kien qed jinkoraġġixxi l-użu ta’ drogi.  Ezhel ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.  F’xi uħud mid-diski tiegħu huwa jirreferi għat-tipjip tal-kannabis. Fit-Turkija li tinkoraġġixxi l-użu ta’ droga, il-pussess u l-bejgħ tad-droga huwa reat.

It-Tnejn li għadda, ħafna minn dawk li jsegwuh marru l-Qorti. Andrew Gardner mill-Amnesty International qal li wara erba’ ġimgħat miżmum, l-imħallef kellu bżonn biss nofsiegħa biex jiddeċiedi li jillibera lil Ezhel mill-akkużi miġjuba kontrih.

L-Amnesty International ikkampanjat għall-ħelsien tiegħu, kif għamlet ma’ diversi ġurnalisti, attivisti u artisti oħra li kienu arrestati fit-Turkija. Madwar 20,000 persuna mit-Turkija ħadu sehem fil-kampanja għall-ħelsien tiegħu.

Ezhel mistenni jkanta fi Sziget Festival f’Budapest f’Awwissu li ġej.