Jinħeles il-Mexxej tat-Taleban minn ħabs fil-Pakistan

Rapporti mhux uffiċjali qegħdin jgħidu li l-Pakistan ħeles mill-ħabs lill-mexxej għoli Afgan tat-Taleban Mullah Abdul Ghani Baradar fuq talba tal-Gvern Afgan bħala parti mill-proċess ta’ paċi. Mullah Baradar kien wieħed mill-erba’ fundaturi tal-Moviment Afgan fl-1994 u kien strumentali fir-rewwixti wara li t-Taleban ġie megħlub mill-invażjoni Amerikana fl-2001.

Mullah Baradar kien inqabad fil-belt ta’ Karachi fil-Pakistan fl-2010 u kien irrappurtat li ġie arrestat waqt raid minn aġenti Pakistani u tas-CIA.

Huwa mifhum li l-mexxej tat-Taleban ġie meħlus minħabba li kien meqjus bħala l-iktar persuna lesta li tinnegozja mal-koalizzjoni immexxija mill-Amerka u l-Gvern ta’ Kabul.