Jinħatru żewġ Segretarji Permanenti ġodda

Il-Gvern ħabbar li nħatru żewġ Segretarji Permanenti ġodda. Fi stqarrija mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti kien spjegat li issa, Christopher Cutajar inħatar bħala Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u Joseph Caruana nħatar bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali.

Cutajar kien serva bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Trasport sa minn Ġunju tal-2016. Caruana kien Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni bejn l-2013 u l-2017, u wara fil-Ministeru għall-Finanzi responsabbli mill-Integrazzjoni u l-Amministrazzjoni.

Intant, is-Servizz Pubbliku rringrazzja lil Fiona Formosa li temmet il-ħatra tagħha ta’ Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin sa mill-2014.