Jinħatru żewġ segretarji permanenti ġodda u Kummissarju Elettorali

aditus

Read in English.

L-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni ħabbar li nħatru żewġ segretarji permanenti ġodda, kif ukoll Kummissarju Elettorali.

Christine Schembri nħatret bħala segretarju permanenti fl-Uffiċċju tal-Kabinett. Hi se tkun responsabbli mill-Kordinazzjoni u l-Implimentazzjoni. Sa mill-2014, Schembri qdiet il-funzjoni ta’ Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Joyce Dimech se tkun qed tassumi r-responsabbiltà ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Dimech serviet bħala Segretarju Permanenti (Strateġija u Implimentazzjoni) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-2014 u qabel bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex.

Intant, is-Servizz Pubbliku rringrazzja lil Joseph Camilleri li serva ta’ Segretarju Permanenti mill-2013, kemm fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kif ukoll aktar qabel fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili. Hu issa se jinħatar bħala Kummissarju Elettorali Ewlieni minflok Joseph Church li se jkun qed itemm il-ħatra tiegħu f’Lulju.

Ix-xahar ta’ Lulju se jkun il-perjodu ta’ tranżizzjoni għat-tliet uffiċjali sakemm jidħlu f’posthom sa tmiem Lulju.