Jinħatru 14-il Segretarju Permanenti għall-Ministeri l-ġodda

14-il Segretarju Permanenti pew appuntanti biex jaqdu dmirijiethom fil-Ministeri l-ġodda tal-Kabinett tal-Ministri. Fost is-segretarji permanenti hemm żewġ nisa.

Tliet segretarji permanenti mill-10 li servew fil-leġislatura preċedenti baqgħu jżommu l-ħatra tagħhom.

Dawn il-ħatriet saru wara proċess skont il-Kostituzzjoni mal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.

Is-Segretarji Permanenti l-ġodda huma:

• Paul Zahra – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali.
• Joseph Cole – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
• Joyce Dimech – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex.
• John Borg – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu.
• Dr James Calleja – Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
• Brian Montebello – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima.
• Joseph M Callus – Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura.
• Joseph Camilleri – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili.
• Paulanne Mamo – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.
• Mark Musu – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
• Kevin Mahoney – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali.
• Alfred Camilleri – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi.
• Dr Mario Rodgers – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma.
• Joseph Rapa – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa.