L-istocks tal-Gvern li nħarġu llum inħatfu fi ftit inqas minn erba’ sigħat. Il-valur ta’ din il-ħarġa ta’ Malta Government Stocks huwa l-akbar ammont qatt maħruġ mill-Gvern f’dawn l-aħħar seba’ snin.
Il-Gvern fi stqarrija qal li kien hemm 85 applikazzjoni li offrew ‘il fuq minn €400 miljun, €100 miljun iktar minn dak li alloka it-Teżor.
Il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji laqa’ b’sodisfazzjon din l-aħbar hekk kif qal li din tkompli turi fiduċja fl-istituzzjonijiet u fil-mod ta’ kif il-Gvern qed imexxi.
Il-Gvern qal li b’dan il-mod it-tfaddil li għamlu l-familji u n-negozji tagħna fis-snin li għaddew se jservi biex jitwettaq il-patt soċjali ġdid li l-Gvern irnexxilu jibni ħalli ngħelbu l-isfida tal-COVID-19.
It-teżor qal li l-irkant sar hekk:
