​Jinħatar Sindku ġdid fl-Għarb

Louis Apap ilbieraħ ġie maħtur bħala s-Sindku l-ġdid tal-Kunsill Lokali tal-Għarb.
Il-post ta’ Sindku kien vakant minħabba r-riżenja ta’ David Apap Agius li dam jokkupa l-kariga għal 16-il sena.
Mill-elezzjoni ta’ Marzu li għadda, Louis Apap kien jokkupa l-kariga ta’ Viċi Sindku.
Din hija t-tieni darba li Louis Apap qed jokkupa l-kariga ta’ Sindku f’dan il-Kunsill. Meta twaqqfu l-Kunsilli Lokali fl-1994, kien hu l-ewwel Sindku tal-lokalità.