Svetlick Flores jinħatar Kap Eżekuttiv tal-LESA

Svetlick Flores, Ritratt (MHSE)

Svetlick Flores inħatar Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Infurzar Lokali, il-LESA. Din il-ħatra saret wara li ntemm proċess kompetittiv.

Flores għandu esperjenza twila fis-settur tal-infurzar lokali fejn diġà serva bħala direttur tal-istess aġenzija u tul is-snin ħadem ukoll fis-settur tal-gvern lokali fejn serva wkoll bħala segretarju eżekuttiv ta’ numru ta’ kunsilli lokali. Huwa gradwat b’Masters (MBA) fl-amministrazzjoni u huwa kwalifikat ukoll fil-management u fl-amministrazzjoni pubblika.

Fl-ewwel kummenti tiegħunFlores tenna li jinsab ħerqan ħafna biex mill-irwol fdat lilu jġib il-bidliet meħtieġa.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri awgura lis-Sur Flores u radd ħajr lil Ray Zammit li issa se jkun qed itemm l-inkarigu tiegħu.