Jinħatar il-Kunsill il-ġdid tal-MUT

Il-Unjin tal-Għallliema qalet li nħatru l-uffiċjali tal-Kunsill tal-MUT li se jkunu qed iservu t-terminu li jibda din is-sena u li jibqa’ sejjer sal-2020.
Fi stqarrija l-MUT qalet li l-President il-ġdid se jkun Marco Bonnici filwaqt li l-Viċi Presidenti se jkunu Norman Grech u Elaine Germani.
L-MUT qalet li l-karigi ewlenin intlew kollha ħlief dik ta’ Segretarju Ġenerali tal-Unjin li trid issir permezz ta’ sejħa bl-applikazzjonijiet, hekk kif hemm stipulat fl-istatut.
Il-Unjin irringrazzjat lill-Bord tal-Elezzjoni tal-MUT, kif ukoll lill-eks-President Kevin Bonello, lill-eks-Segretarju Ġenerali Franklin Barbara u lill-eks-Teżorier James Sultana għas-snin ta’ servizz li taw lill-MUT.