Jinħatar il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta

Read in English.

Stephen McCarthy huwa l-ewwel Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta. Din awtorità ġdida li se tkun qed tirregola s-settur tat-teknoloġiji emerġenti f’Malta.

Dan tħabbar ilbieraħ fil-Parlament mis-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali, Silvio Schembri.

McCarthy se jmexxi l-awtorità li tara li l-qafas regolatorju li se ddaħħal Malta jkun segwit u jkun hemm protezzjoni u serħan il-moħħ mhux biss għall-klijenti iżda anke għall-investituri permezz ta’ sistema trasparenti.

McCarthy ggradwa fl-accountancy mill-Università ta’ Malta fl-1986 u kiseb il-warrant ta’ accountant ftit wara. Ħadem ma’ diversi kumpaniji fosthom fis-settur tal-iGaming. Fl-aħħar snin McCarthy serva bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar.