Jinħatar il-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Facebook - Ilsienna

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali approva l-ħatra tal-membri tal-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Dan il-bord se jkun magħmul minn:

Chairperson:
  • Olvin Vella
Membri:
  • George Farrugia
  • Ray Fabri
  • David Muscat
  • Simone Inguanez
  • Mario Cutajar
  • Jesmond Sharples
  • Victor Vella
  • Jean Pierre Caligari
  • Joseph Mizzi
  • Joseph Chircop
  • Terence Portelli
  • Claire Zerafa
  • Mauro Camilleri

Il-bord għall-ilsien Malti twaqqaf fl-1994. Permezz ta’ dan il-bord sar ir-rapport dwar l-istrateġija għal-Lingwa nazzjonali fl-2001 li wassal biex fl-2005 il-Parlament apporva unanimament il-liġi tal-Malti. Permezz ta’ din il-liġi twaqqaf ukoll il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti li huwa responsabbli mill-iżvilupp tal-lingwa Maltija u mill-Malti bħala lsien uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.