Jinħatar il-Bord li se jmexxi l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi se tibda l-ħidma tagħha billi tiffoka fuq il-proċess tal-operat u l-funzjonijiet sħaħ tagħha hekk kif issa tħabbar kif ġie kompost il-Bord tat-tmexxija.
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima ħabbar li l-eks-Ċermen tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, il-Professur Victor Axiak se jkun qed imexxi l-Awtorità waqt li Carmen Buttigieg inħatret viċi-Chairperson u Uffiċjal Pubbliku fil-Politika Soċjali. 
Alan Deidun se jkun ir-rappreżentant tal-Għaqdiet Volontarji Ewlenin fis-Settur tal-Ambjent. 
Il-Bord se jkun magħmul ukoll minn Alan Pulis, Alfred Vella, Jason Bonnici, Ruben Abela, Louise Spiteri, Alexia Pisani u mir-rappreżentant tal-Oppożizzjoni Maria Attard.