Jinħatar fost 15 fi Grupp Ewropew dwar l-Etika

Prof. Rev. Emmanuel Agius, id-Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, inħatar membru tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u Teknoloġiji Ġodda.
Il-ħatra saret mill-Kummissjoni Ewropea fuq deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-Kummissarju għar-Riċerka, Xjenza u Innovazzjoni Carlos Moedas, li dawn is-suġġetti jeħtieġu grupp ta' esperti dedikat.
Il-Grupp, li se jinkludi 15-il membru minn pajjiżi differenti, se jkun qed jagħti pariri lill-Kummissjoni f’oqsma fejn jidħlu kwistjonijiet etiċi, soċjali u drittijiet fundamentali b’rabta ma’ żviluppi fix-xjenza u teknoloġiji ġodda.