Jinħatar ċerpersin ġdid għal Transport Malta

MTIP

Joseph Bugeja ġie maħtur bħala ċerpersin ġdid għal Transport Malta b’mod unanimu mill-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għat-Trasport wara li sema’ n-nomina tiegħu llum għall-ħabta tal-9.45am.

Intqal ukoll li l-Ministru għat-Trasport, Ian Borg se jkun qed jagħmel din il-ħatra b’mod immedjat.