“Ma kienx hemm theżżiża meta waqa’ s-saqaf ta’ Ġieżu” – Dr Pauline Galea

It-theżżiżiet li nħassu f'Malta dalgħodu, ma kellhom l-ebda effett fuq is-saqaf tal-Knisja ta' Ġieżu fir-Rabat, li parti minnu sfronda proprjament dal-lejl.
Dan ikkonfermatu ma' Newsbook.com.mt Dr Pauline Galea, Kap tad-Dipartiment tal-Ġeoxjenzi fl-Università ta' Malta. Spjegat kif it-tħeżżiżiet inħassu fin-Nofsinhar ta' Malta. 
Barra minn hekk, kelliem għall-Grupp ta’ Monitoraġġ u Riċerka Siżmika mill-Università ta’ Malta kkonferma li xi nies irrappurtaw li ħassew theżżiżiet żgħar għall-ħabta tal-11am.
Skont il-paġna tal-grupp, it-terremot żgħir immarka 4.4 fuq l-iskala Richter, u l-ewwel li mmarka kien għall-ħabta tad-9am fil-baħar taċ-Ċentru tal-Mediterran.
Persuni qalu lil Newsbook.com.mt li xi theżżiżiet inħassu mill-Belt Valletta wkoll.
Ilbieraħ terremot inqas b'saħħtu f'Ischia ħalla 2 mejta f'Ischia, u 42 midruba.
Ritratti: Grupp ta’ Monitoraġġ u Riċerka Siżmika mill-Università ta’ Malta