Jinħass aktar theżżiż qrib l-Etna

Il-vulkan Etna fi Sqallija għadu ma sabx sabar, wara li dalgħodu nħassu 2 theżżiżiet oħra ta’ qawwa 2.4 skont l-iskala Richter.

Minkejja li m’għadux qed jiżbroffa, l-Etna xorta waħda qed jarmi ħafna gass u rmied qawwi mill-Bocca Nuova. Dan hu sinjal, iżda, li l-magma waslet fil-quċċata.

Terremoti żgħar inħolqu fil-baxx, u nħassew mir-residenti li joqogħdu viċin iż-żona fis-7.30pm tal-bieraħ.

S’issa, l-ajruport għadu qed jopera b’mod normali.