Jinħarġu minn blokka appartamenti f’Buġibba madwar 80 immigrant

Read in English.

Dalgħodu grupp ta’ immigranti nħarġu minn blokka appartamenti mill-Pulizija. Il-blokka tal-appartamenti tinsab fi Triq il-Ħalel f’Buġibba. Xi uffiċjali tal-Pulizija mis-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni kif ukoll membri tar-Rapid Intervention Unit daħlu fil-blokka għall-ħabta tas-6am.

Skont rapport maħruġ minn TVM, f’kull kamra kien hemm ħames immigranti li kienu qed iħallsu €200 fix-xahar kull wieħed. L-immigranti ttieħdu fil-kwartieri tal-pulizija biex isirulhom xi mistoqsijiet.

TVM qed jirrapporta li nstabu madwar 80 immigrant fil-blokka. Il-grupp misjub kien aktar minn dak mistenni u fuq il-post issejħet xarabank oħra tal-Pulizija biex ikunu jistgħu jittieħdu l-immigranti.