Jinħareġ mill-ITU s-sewwieq tal-mutur li ħabat f’Burmarrad

Qaleb għall-aħjar u nħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva, is-sewwieq tal-mutur li l-Ħadd li għadda kien invout f’ħabta ma’ vann fi Triq Burmarrad.
Dalgħodu, s-sewwieq, Roger Zammit inħareġ mill-ITU u mistenni jinżamm l-isptar għal xi ġimgħat sakemm jirkupra kompletament.
Ftit wara l-inċident ta' ħamest ijiem ilu, is-sewwieq ta’ 31 sena minn Tas-Sliema, tella' ritratt fuq Facebook li fih kien jidher jitbissem. Madanakollu, ftit wara huwa ġie ċċertifikat li weġġa' serjament u li kien jinsab f'kundizzjoni kritika.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
Ritratti: Facebook