Jinħareġ mill-ħabs qattiel ta’ tliet aħwa

Qattiel imlaqqam bħala l-Monstru ta’ Worcester u li qatel tliet itfal qabel ma waħħal l-iġsma fuq ċint barra d-dar tagħhom stess, ġie approvat għar-rilaxx mill-ħabs. David McGreavy qatel lil Paul Ralph, ta’ erbgħa snin, u lil ħutu bniet Dawn, ta’ sentejn u Samantha, tarbija ta’ disa’ xhur fid-dar tagħhom stess f’Worcester.

McGreavy li kien ħabib tal-familja qal li qatel it-tfal għax waħda minnhom ma waqfitx biki. Huwa ġie kkundannat għomru l-ħabs għall-qtil  li seħħ fl-1973. Omm it-tfal qalet li dak iż-żmien kienu qalulha li m’għandux ċans li se joħroġ mill-ħabs. Hi qalet li tħoss li daħku biha hekk kif approvawlu r-rilaxx.