Jinħareġ direttorju biex isiru omeliji aħjar

Illum inħareġ direttorju li fih l-ingredjenti l-aktar importanti li persuna għandha jkollha sabiex tagħmel omelija tajba.
Fost dawn l-ingredjenti hemm il-fatt li min ikun se jagħmel l-omelija għandu jkun preparat u kemm jista jkun ma jimprovizzax.
Apparti minn hekk, id-direttorju jgħid jisħaq biex qabel l-omelija ssir riflessjoni u dak li se jkunu ħa jingħad ikun mexxej u jżomm lin-nies attenti.
Il-ktieb nħareġ bl-għan partikolari li jgħin lis-saċerdoti, d-djakni u l-isqfijiet.
L-Arċisqof Arthur Roche qal li dan il-ktieb se jgħin sabiex il-kelma t’Alla tasal aħjar fil-qlub u l-imħuħ tan-nies.
Hu sostna wkoll li s-saċerdoti għandhom ir-responsabilità li japplikaw il-kelma t’Alla fir-realtajiet li qed jgħixu n-nies fil-ħajja ta’ kuljum.
Id-direttorju inħareġ illum mill-Uffiċju tal-Istampa tal-Vatikan u nkiteb kemm bit-Taljan u kif ukoll bl-Ingliż.