Jinħaraq bi fjamma ta’ ċilindru tal-gass; gravi

Read in English.

Raġel ta’ 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nħaraq bi fjamma li ħarġet waqt li kien qed ibiddel ċilindru tal-gass.

Stqarrija mingħand il-Pulizija spjegat li l-Pulizija ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta 11.20am. Dan għaliex Sirjan ta’ 25 sena, residenti fi Triq is-Sibbien, Marsaskala, inħaraq u sofra ġrieħi gravi.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Aqra wkoll: 

Splużjoni fl-Imsida wara ħruġ ta’ gass

Splużjoni tal-gass f’San Pawl il-Baħar; raġel l-isptar

Mara tittieħed l-isptar wara inċident b’ċilindru tal-gass f’Birżebbuġa