Jingħataw midalja għall-50 anniversarju mill-Indipendenza

14-il persuna llum ingħatat midalja għall-kommemorazzjoni tal-50 Anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta.
Iktar kmieni din is-sena, il-Gvern approva l-ħruġ ta’ din il-Midalja, li sar bis-saħħa tal-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika. Dan jipprovdi li “Il-President, li jaġixxi skont il-parir tal-Prim Ministru, jista’ jordna l-ħruġ ta’ midalji biex ifakkru ġrajja, jew anniversarju ta’ xi ġrajja  ta’ importanza nazzjonali.”
Skont ir-Regoli, l-għotja tkun b’effett mill-21 ta’ Settembru 2014, u l-midalja tingħata “lil persuni li, matul dawn il-ħamsin sena, taw is-sehem tagħhom fl-iżvilupp u t-tkabbir tal-ġid ta’ Malta bħala nazzjon u membru tal-komunità internazzjonali tan-nazzjonijiet.” Il-midalja tista’ tingħata wkoll wara l-mewt.
Dawk li tċivew il-midajla fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta, kienu: 
L-Onor Joseph Muscat, Prim Ministru ta’ Malta
Sir Anthony Mamo (wara mewtu)
L-Avukat Anton Buttigieg (wara mewtu)
Is-Sinjorina Agatha Barbara (wara mewtha)
Is-Sur Paul Xuereb (wara mewtu)
It-Tabib Ċensu Tabone (wara mewtu)
L-Avukat Ugo Mifsud Bonnici, President Emeritus ta’ Malta
Il-Professur Guido de Marco (wara mewtu)
L-Avukat Edward Fenech Adami, President Emeritus ta’ Malta
L-Avukat George Abela, President Emeritus ta’ Malta
In-Nutar Giorgio Borg Olivier (wara mewtu)
Il-Perit Dom Mintoff (wara mewtu)
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici (in absentia)
Dottor Alfred Sant
L-Avukat Lawrence Gonzi

Ritratt: DOI – Austin Tufigno