Jingħataw mandat ġdid f’Għawdex

Tliet qassisin żgħażagħ għadhom kemm ingħataw mandat ġdid mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech.
It-tliet qassisin Għawdxin se jservu bħala kollaboraturi parrokkjali fi tliet parroċċi differenti.
Dun Michael Curmi, mix-Xagħra, li hu l-Viċi-Rettur tas-Seminarju t'Għawdex, se jservi fil-parroċċa ta’ Santa Margerita f’Ta’ Sannat.
Dun Noel Debono, min-Nadur u li bħalissa qed jaħdem bħala kollaboratur parrokkjali f'Ruma, se jservi fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u ta’ San Ġużepp fil-Qala.
Dun Dominic Sultana, mix-Xagħra u li bħalissa qed jaħdem fl-Irlanda, se jservi fil-parroċċa tal-Viżitazzjoni fl-Għarb, b’responsabiltà wkoll li jgħin lir-Rettur tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu.