Jingħataw kumpens fuq art li ttieħdet mill-Gvern

Ġuża, Frans u Nina Gauci ngħataw is-somma ta’ 13,000 wara li biċċa art li kellhom fiż-Żurrieq kienet ittieħdet mill-Gvern fl-1973.
Din l-art kienet kbira 285 metru kwadru.
Il-familja Gauci kienu talbu kumpens lill-Kummissarju tal-Artijiet iżda r-risposta kienet li l-Awtoritajiet riedu jeżaminaw il-każ.
Jirriżulta li l-Awtoritajiet qatt ma għamlu użu minn din l-art u għalhekk ġie deċiż li ma kienx hemm lok li tittieħed għal skop pubbliku.