Jingħataw il-libertà wara ġlieda f’Bormla

Żewġt irġiel ta’ 40 u 41 sena minn Bormla ingħataw il-libertà proviżorja wara li tressqu l-Qorti hekk kif kien involuti fi ġlieda li ġrat f’Bormla stess, erba’ snin ilu.
Dakinhar raġel ieħor indarab f’wiċċu b’marki permanenti.
Fil-Qorti, dan ir-raġel qal li daħal bejn iż-żewġt irġiel li kienu qed jiġġieldu ma’ mara.
Huwa qala daqqiet b’virga sakemm bil-ġlieda tintemm hekk kif intervjenew il-Pulizija.
Il-ġlieda reġgħet bdiet fl-għassa tal-Pulizija u l-istess raġel din id-darba qala daqqa ta’ flixkun.
Il-Qorti waslet għall-konklużjoni tagħha wara li dan ir-raġel ħafer liż-żewġt irġiel l-oħra.