Jingħataw 5,000 siegħa xogħol fil-komunità minflok ħabs

Matul l-2018, 4865 siegħa xogħol fil-komunità twettqu minn persuni li kienu akkużati fuq reati differenti minflok ma ngħataw sentenza ta’ ħabs. Dawn is-sigħat kienu maqsuma fuq 31 każ.

Ix-xogħlijiet kienu jinkludu manutenzjoni ġenerali, xogħol klerikali, f’santwarji tal-annimali, xogħol f’għaqdiet sportivi, f’entitajiet reliġjużi u f’għaqdiet li jieħdu ħsieb persuni vulnerabbli. Dawn ix-xogħlijiet saru madwar Malta u Għawdex.

Matul l-2017 kien hemm 37 każ li bejniethom għamlu 6,840 siegħa filwaqt li 2016 kien hemm 58 każ b’total ta’ 6,990 siegħa.

Dawn iċ-ċifri ħarġu mill-mistoqsija parlamentari fejn id-Deputat tal-Oppożizzjoni Hermann Schiavone staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali dwar kemm twettqu sigħat ta’ xogħol fil-komunità.