Jingħataw 250 kopja ta’ ‘Stabat Mater’ lill-Community Chest Fund

Il-bieraħ filgħaxija ġiet imnedija is-CD Stabat Mater li rebħet it-tieni kompetizzjoni tal-mużika nazzjonali, organiżżata mill-Bank APS.
Il-Bank flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta' Malta ppreżenta 250 kopja ta’ Stabat Mater lill-President ta’ Malta, Dr George Abela bħala rapreżentant tal-Malta Community Chest Fund biex id-dħul mill-bejgħ ta’ dawn is-CDs imur għal min jinsab fil-bżonn.

Il-kompożitur tal-mużika huwa Christopher Muscat u mdaqqa mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.  Is-CD hi meqsjusa bħala l-itwal sessjoni li ġiet irrekordjata f’Malta.  
F’Novembru li għadda, il-Bank APS ta l-opportunità lil Christopher biex ix-xogħol tiegħu jindaqq waqt kuncert fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina.

Fil-kunċert ħadu sehem l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, il-Kor ta’ Santa Monika u l-Kor Jubilate Deo.