Jingħataw 150 ktieb għal dar tal-anzjani

Il-kumpanija lokali Horizons tat b’donazzjoni 150 ktieb biex jintużaw mill-anzjani fid-dar tal-anzjani tal-Imsida.
Waqt li laqgħet id-donazzjoni, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qalet li dawn il-kotba se jgħinu lill-anzjani jqattgħu l-ħin liberu tagħhom billi jaqraw u jżommu ruħhom attivi.
Fakkret f’inizjattivi meħuda mill-Gvern fid-djar tal-anzjani, inkluż tagħlim tul il-ħajja, WIFI b’xejn u taħriġ fl-informatika.