Jingħata xogħol fil-komunità wara li l-vittma ma riedx jieħu passi kontrih

Raġel ta’ 38 minn Santa Luċija ammetta li darab serjament f’wiċċu raġel ieħor fi klabb tal-boċċi f’Santa Luċija u kien ordnat iħallas lill-vittma €2,500 u jagħmel 100 siegħa xogħol fil-komunità
Il-każ seħħ f’Mejju 2006.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marseanne Farrugia nnotat li din ma kinitx l-ewwel darba li l-akkużat xellef diffrejh mal-ġustizzja.
Min-naħa tieħu l-vittma ma xtaqx li jieħu passi kontra l-akkużat u xtaq li jgħinhu biex jegħleb il-problemi li għandu minħabba l-vizzju tax-xorb u d-droga.
Għaldaqstant minflok sentenza ta’ ħabs, il-Qorti ordnatlu li jitpoġġa taħt probation għal tliet snin.