Jingħata sentenza sospiża wara li kiser kundizzjonijiet imposti fuqu

Maximilian Ciantar ingħata s-sentenza ta’ tliet xhur priġunerija sospiżi għal erba’ snin wara li naqas milli jattendi laqgħat mal-uffiċjal tal-probation.
Fil-Qorti ntqal li r-raġel naqas milli jimxi mal-ordnijiet meta ngħata sentenza sospiża minħabba ksur ta’ regolamenti tat-traffiku.
Intqal ukoll li Ciantar naqas milli jifhem l-akkużi li kienu tressqu kontrih fil-każ meta ngħata s-sentenza sospiża erba’ snin ilu u ma rriformax ruħu.
Maximilian Ciantar kien ingħata sentenza ta’ priġunerija wara li kien instab ħati bil-qtil ta’ tewmin fl-2011 f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.