Jingħata sentenza sospiża fuq vjolenza għax il-każ ġie diferit

Raġel li allegatament darab serjament raġel Eġizzjan ingħata sentenza sospiża għal tliet snin,
Il-każ seħħ fl-1997 meta r-raġel kien għaddej bi proċeduri ta’ separazzjoni ma’ martu.
Ir-raġel kien akkużat li darab serjament lill-Eġizzjan, li kien fil-pussess ta’ sikkina u li sar riċediv.
Fil-qorti, intqal li r-raġel kien mar fir-residenza tal-Eġizzjan wara li allegatament sar jaf li martu kienet qed tiffrekwenta din ir-residenza.
Intqal li l-qorti ma tistax taċċetta l-vjolenza, iżda kien ikkunsidrat ukoll il-fatt li ll-każ ġie diferit għal aktar minn għaxar snin.