Jingħata sentenza inqas minħabba ċirkostanzi “eċċezzjonali”

Raġel ta’ 25 sena wkoll ingħata sentenza ta’ 10 xhur ħabs, sospiża għal sentejn, u ġie ordnat jagħmel 100 siegħa xogħol fil-komunità.
Dan wara li ammetta l-akkużi li seraq xi oġġetti mill-bini tal-Girl Guides fil-Fgura fl-2009 għal valur ta’ madwar €265.
Is-sentenza mogħtija mill-Maġistrat Marseanne Farrugia kienet inqas minn dak li tippermetti l-liġi għaliex iċ-ċirkostanzi kienu "eċċezzjonali".
Tat każ li sadattant ir-raġel għamel minn kollox biex jibdel ħajtu għall-aħjar, tant li biddel il-kumpanija li kellu dak iż-żmien u sab xogħol fiss.
Kien ukoll ordnat li jħallas €100 lill-Girl Guides.