Jingħata s-silġ lis-sajjieda Għawdxin

Id-Direttorat tas-Sajd u l-Agrikultura ħatt trakk mimli silġ fil-port tal-Imġarr Għawdex sabiex tittaffa l-problema ta’ nuqqas ta’ silġ għas-sajjieda Għawdxin.
Fi stqarrija ntqal li s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd Clint Camiller, qed jaħdem sabiex tittaffa l-problema ta’ nuqqas ta’ silġ għas-sajjieda Għawdxin minħabba ħsarat fil-kessieħa (cold room) tax-Xewkija, f’Għawdex.
Ġie spjegat li din hija miżura temporanja flimkien mal-privat biex is-sajjieda Għawdxin ikunu jistgħu jtaffu l-problema eżistenti ta’ nuqqas ta’ silġ.
Għal aktar għajnuna s-sajjieda jistgħu jikkuntattjaw lill-uffiċċju tad-Direttorat tas-Sajd u l-Akwakultura fl-Imġarr, Għawdex fuq 21558200 jew 79592682.