Jingħata premju għall-għajnuna lill-morda u lill-anzjani

Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù fil-Fontana, tnieda l-Premju Fondazzjoni Arċipriet Dun Franġisk Mercieca u Arċipriet Mons. Alwiġ Vella.
L-iskop ta' dan il-premju kien li jingħata lil persuna, grupp jew organizazzjoni li tagħti servizz volontarju fil-komunità tal-Fontana u d-djoċesi t'Għawdex.
Għall-ewwel darba, Chris Galea, kavallier u membru tal-Ordni Sovran Militari, li jagħti sehem volontarju lill-morda u l-anzjani f'Għawdex fil-qadi u bżonnijiet tagħhom ta' kuljum, irċieva l-unur tal-premju.
Il-premju ngħata mill-Isqof t'Għawdex Mario Grech wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddies, li għaliha attendew ukoll membri tal-Ordni tas-Sepulkru f'Ġerusalemm.