Jingħata l-libertà proviżorja wara li kien akkużat b’abbuż sesswali

Raġel ta’ 25 sena mill-Olanda ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €7,000 wara li tressaq il-Qorti mixli b’fastidju sesswali, abbuż u weġġa tfajla Maltija.
Ir-raġel, li huwa residenti fin-Naxxar kien mixli wkoll li rreżista l-arrest u li ħarab mill-kustodja tal-Pulizija.
Huwa wieġeb li mhux ħati tal-akkużi mressqa kontrih. Fil-Qorti ntqal li t-tfajla ġiet attakkata mir-raġel meta kienet fi triqitha lejn id-dar.
Il-każ seħħ fis-Swieqi.
Il-Qorti ordnat ukoll li r-raġel ma jistax jersaq lejn Paceville, Tas-Sliema u s-Swieqi u postijiet oħra li huma ffrekwentati mit-tfajla.
Huwa ma jistax jagħmel kuntatt mal-vittma u kuljum irid jiffirma fl-għassa tal-Pulizija tan-Naxxar.