Jingħata l-libertà proviżorja l-Finlandiż li ħebb għal Malti

Il-Finlandiż li fil-bidu tax-xahar ta daqqa ta’ flixkun lil raġel Malti, ntalab jibqa’ d-dar u ngħata l-libertà proviżorja. 
Qed jingħad li fit-3 ta’ Jannar il-Fillandiż attakka raġel minn Ħaż-Żabbar meta pprova jidħollu fil-vann. 
Il-Finlandiż tela’ fil-Qorti b’żewġ tbenġiliet f’għajnejh, tbenġil li ż-Żabbari ċaħad li għamilhom hu. 
Il-Magistrat Claire Stafrace Zammit iddeċidiet li l-akkużat għandu jingħata l-libertà proviżorja b’depożitu ta’ €1,000 u garanzija ta’ €20,000. 
Il-Finlandiż, li jaħdem ta’ suldat, ingħata ordni li ma jistax jitlaq mid-dar qabel it-8 ta’ filgħodu u jrid jidħol lura sa’ nofsinhar.