Jingħata l-libertà proviżorja, jixhdu l-allegati vittmi

Il-qassis Għawdxi li qed jiġi akkużat b’abbuż fuq tliet tfajliet minorenni, illum ingħata l-libertà proviżorja.
Dan wara li nstemgħet ix-xhieda tat-tliet vittmi bil-bibien magħluqa fil-Qorti ta’ Għawdex.
Il-qassis żagħżugħ tressaq il-Qorti fid-19 ta’ Awwissu li għadda, fejn ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu u garanzija personali.
Madanakollu, il-ġimgħa li għaddiet il-Qorti rrevokat id-deċiżjoni li jingħata l-libertà proviżorja, u l-qassis inżamm arrestat sakemm xehdu l-vittmi.
Barra minn hekk il-Qorti laqgħet ukoll rikors tal-Pulizija biex isem is-saċerdot akkużat ikun jista’ joħroġ fil-pubbliku.