Jingħata l-libertà minkejja li wieġeb ħati li kien fil-pussess tad-droga

Jotham Saliba ta’ 42 sena residenti ż-Żejtun ingħata l-libertà proviżorja minkejja li wieġeb ħati li kellu d-droga fil-pussess tiegħu.

Jotham Saliba kien akkużat li aktar kmieni dan ix-xahar u matul din l-aħħar sena kellu fil-pussess tiegħu d-droga ecstasy, kokaina, cannabis u LSD, liema droga nstabet f’ ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu. Huwa kien akkużat ukoll li wettaq dan ir-reat f’ distanza ta’ mitt metru mill-parametru ta’ post fejn normalment jiltaqgħu ż-żgħażagħ.

Filwaqt li Saliba kien akkużat ukoll li sar riċediv, hu wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu, apparti l-pussess aggravat. Huwa ngħata l-libertà proviżorja.