Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li m’obdiex lill-Pulizija

Raġel ta’ 40 sena tressaq b’arrest il-Qorti mixli li reżista l-arrest bi vjolenza u li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizja.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:30am f’Paceville.
Ir-raġel kien fi stabiliment f’Paceville, waqt li ħin minnhom kien involut fi ġlieda u nħareġ ’il barra mill-istabbiliment.
Il-Pulizija ordnawlu biex ma jersaqx lejn l-istabbilment u talbuh id-dettalji tiegħu. Madankollu huwa rrifjuta u rreżista l-arrest.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €500 u garanzija personali ta' €2,000.