Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li faqa’ tazza f’għajn raġel

Serb ta’ 23 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ma ammettiex li darab gravi lir-raġel xħin faqagħlu tazza f’għajnu.
Huwa ġie arrestat mill-Pulizija jumejn ilu, minħabba li fera r-raġel ta’ 28 sena f’ħanut tax-xorb f’Buġibba, is-Sibt li għadda.
Ir-raġel kien ġie arrestat ma’ Serb ieħor minkejja li provaw jaħarbu billi qabżu mill-gallarija ta’ darhom.
Il-vittma għadu l-isptar jissilet għad-dawl t’għajnejh.
Minkejja li l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest, il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona tha il-ħelsien fuq garanzija personali ta’ €5,000.