Jingħata l-aħħar tislima s-sajjied li għereq f’Wied il-Għajn

Siracusa News

Luciano Sapienza, wieħed mill-vittmi tad-dgħajsa li nqallbet f’Wied il-Għajn, ingħata l-aħħar tislima fil-Katedral ta’ Sirakuża.

Ibnu Fabio, li kellu jgħum għax-xatt u jħabbat fuq bieb ta’ residenza privata għall-għajnuna, bies it-tebut ta’ missieru qabel ma tkellem dwaru.

Il-ġisem ta’ Luciano kien instab wara ġurnata ta’ tfittxija mill-awtoritajiet Maltin, flimkien mal-ġisem tal-Marokkin Zakaria Toumi li kien magħhom.

Il-Mons. Salvatore Marino li kien qiegħed iqaddes, dar fuq il-familja u qalilhom: “Tibżgħux, fil-mument tal-mewt Alla ma jħallikx waħdek, u Luciano żgur ma kienx waħdu. Alla kien miegħu.”

AQRA: “Bgħatt minn tal-inqas 15 jew 16 il-SOS” – Is-sajjied Taljan li salva

AQRA: “Imbikkem” meta identifika l-katavru ta’ missieru li għereq f’Wied il-Għajn