Jingħata l-aħħar tislima Reyes

Il-funeral tal-eks plejer ta’ Arsenal Antonio Reyes sar aktar kmieni llum ġewwa Utrera f’Seville. Reyes miet f’inċident tat-traffiku fl-età ta’ 35 sena nhar is-Sibt.

It-tebut tal-eks plejer internazzjonali ta’ Spanja ttieħed ġewwa l-grawnd ta’ Sevilla fejn marru jagħtuh l-aħħar tislima mal-11,000 partitarju. Aktar tard billejl, numru ieħor ta’ partitarji tawh l-aħħar tislim abarra l-grawnd hu u sejjer lejn Utrera.

Il-funeral sar fil-Knisja ta’ Santa Maria u t-tebut geżwruh bil-bandiera ta’ Sevilla. Hu beda l-karriera tiegħu fil-La Liga fl-1994.