Jingħata l-aħħar tislima l-pulizija msejjaħ “iz-ziju Fred”

Albert Galdes

Dalgħodu ngħata l-aħħar tislima l-uffiċjal tal-pulizija li kien magħruf, partikolarment mat-tfal, bħala “z-ziju Fred.”

Alfred Sciberras kien pulizija tat-traffiku maħbub minn bosta, li kien iħalli liċ-ċkejknin jitilgħu fuq il-mutur tiegħu. Hu ġie deskritt mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija bħala persuna ta’ integrità kbira u li kellu dedikazzjoni kbira għal xogħlu. Żiedu li dejjem kien ikollu ċajta lesta u kulħadd kien jixtieq li jaħdem miegħu.

Huwa miet fl-14 ta’ Diċembru.